Sunday, May 5, 2024

Tallega li ntlaqtet minn vettura li baqgħet sejra fil-Marsa Ħamrun bypass

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga dwar allegat każ ta’ hit and run fil-Marsa Ħamrun bypass.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:40 a.m meta l-pulizija ntalbet tagħti l-assistenza tagħha lil sewwieqa ta’ mutur ta’ 41 sena residenti Raħal Ġdid li allegat li kienet sofriet xi ġrieħi wara li ntlaqtet minn vettura li baqgħet sejra.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-mara lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ talk.mt li b’rabta ma’ dan l-inċident sar rapport u li, bħalma jsir f’kull każ ta’ rapport, fis-sigħat li ġejjin se jkunu qegħdin ikomplu l-investigazzjonijiet fejn fost l-oħrajn mistennija jiġu analizzati filmati minn cctv’s li hemm fl-akwati.

Sport