Tuesday, January 14, 2025

Tammetti li ffastidjat lill-eks tfajla… ħeġġitha biex tagħmel suwiċidju

Aqra wkoll

Mara ta’ 31 sena residenti l-Kalkara ammettiet li tat fastidju lill-eks tfajla tagħha wara li huma temmew ir-relazzjoni li kellhom.

Quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi, il-Prosekuzzjoni qalet li fil-11 ta’ Jannar li għadda, il-vittma marret l-Għassa tal-Pulizija imbikkma u imriegħda. Fir-rapport kienet qalet li hi s-sieħba tagħha kienet temmew ir-relazzjoni li kellhom. Wara dan huma kellhom argument hekk kif l-akkużata kienet bagħtet messaġġ lill-vittma ssaqsi għaliex kienet neħħiet ir-ritratti li kellhom ma’ xulxin minn fuq il-midja soċjali.

L-akkużata ġiet mixlija wkoll li bagħtet screenshots tal-messaġġi tagħhom lil bosta nies fosthom anke lill-maniġer tax-xogħol tal-vittma. Ġie allegat ukoll fil-Qorti li l-akkużata ħeġġet lill-vittma biex tagħmel suwiċidju.

Il-mara ammettiet l-akkużi kollha kontriha filwaqt li Dr Yanika Zammit Tabona li mexxiet id-difiża qalet li l-klijenta tagħha għandha xogħol stabbli u anke residenza alternattiva fejn tgħix.

Il-Maġistrat Kevan Azzopardi immulta lill-akkużata €2,300 u anke ta ordni ta’ trattament għall-immaniġġjar tar-rabja u anki fuq problemi oħra relatati maċ-ċirkostanzi li wasslu għal dan l-arrest.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport