Tuesday, September 16, 2025

Tammetti li serqet €16,000 minn kiosk f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Kolumbjana ta’ 26 sena residenti San Ġwann kienet ikkundannata sena ħabs sospiża għal sentejn, wara li fil-Qorti ammettiet li serqet mas-€16,000 mill-kiosk f’Tas-Sliema fejn kienet taħdem.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Ian Azzopardi spejgat li l-Pulzija rċeviet rapport minn sid il-kiosk u li minn hemm ġiet arrestat l-imputata Valeria Danna Gallega Millan. 

Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, Millan ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha. Minbara s-sentenza sospiża, il-Maġistrat Grima ordnat lit-tfjala sabiex tħallas il-flus li kien għad fadlilha lil sid il-ħanut fi żmien ġimgħatejn. 

Il-Maġistrat Grima ordnat ukoll ir-rilaxx tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni tat-tfajla hekk kif l-Uffiċjal Ewlieni tal-Immigrazzjoni mistenni jkeċċi lit-tfajla minn Malta.

L-Avukat Charles Mercieca deher għat-tfajla u l-Avukati Mario Mifsud u Nicholas Mifsud għal sid il-kiosk.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport