Josloann Cassar ta’ 31 sena residenti Bormla ammettiet li kienet serqet minn spiżerija f’Ħal Qormi.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif is-serqa seħħet f’April li għadda, u sid l-ispeżerija kien qabad lil Cassar tisraq fil-fatt. Hija kienet irritornat l-affarijiet misruqin. Hija kienet daħlet fl-ispiżerija u bdiet titfa’ l-affarijiet fil-handbag.
L-Ispettur James Mallia li mexxa l-prosekuzzjoni qal li l-imputata hija riċediva.
Il-Qorti qalet li qabel ma tagħti s-sentenza għandu jsir rapport mill-ħaddiema soċjali dwar l-imputata.
Hija ngħatat il-ħelsien mill-arresti fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li tiffirma l-għassa tal-Pulizija u ma tistax tkun barra bejn it-8.00pm u s-7.00am.
Hija ġiet ordnata li tħallas depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000.
Il-Qorti ordnat ukoll li għall-ebda raġuni l-imputata m’għandha tersaq lejn l-ispiżerija li minnha wettqet is-serqa.