Monday, December 23, 2024

Tammetti li serqet żewġ ear pods minn dar f’San Ġwann

Aqra wkoll

Rejina Acharya ta’ 30 sena dalgħodu tressqet il-Qorti fejn ġiet akkużata li serqet żewġ ear pods minn residenza f’San Ġwann. Acharya tinsab Malta taħdem bħala seftura u qed tgħix Birkirkara.

Ir-rapport għand il-pulizija daħal mill-persuni li kienu qegħdin iħaddmu li Rejina Acharya bħala s-seftura tagħhom. Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni li tmexxiet mill-Ispettur Keith qalet li l-persuni li għamlu r-rapport allegaw li kienu sabu żewġ settijiet ta’ ear pods neqsin.

Minħabba li l-ear pods huma trekjati, il-vittmi sabu li dawn kienu qegħdin f’residenza f’Birkirkara, l-istess waħda li tgħix l-akkużata. Hekk kif il-vittmi tkellmu mal-akkużata, hija mill-ewwel irritornathom u qalet li ma kienet serqet xejn aktar sakemm wara nstab li kienet serqet it-tieni sett ukoll.

Il-Pulizija għamlet tfittxija fir-residenza tal-akkużata u sabet xi ġojjellerija. Il-ġojjellerija ma kinux tal-vittmi.

L-akkużata wieġbet ħatja għall-akkużi kontriha.

Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana wara li sema’ l-ammissjoni tal-akkużata, illibera bil-kundizzjoni li fi żmien tliet snin mil-lum ma twettaq l-ebda reat ieħor.

L-avukati Jacob Magri u Mark Sultana dehru għall-akkużata.

Ekonomija

Sport