Sunday, November 24, 2024

Tappella għal spezzjonijiet wara l-mewt ta’ ġeru li ngħata ta’ 5 ġimgħat biss… u marid

Aqra wkoll

L-attivista favur il-ħarsien tal-annimali Maria D’Amato qiegħda tkompli bl-appelli tagħha biex isservi ta’ leħen għal dawk l-annimali l-aktar vulnerabbli.

Fost l-aktar każi riċenti hija tkellmet dwar il-mewt ta’ ġriewi li mietu minħabba negliġenza tas-sidt li tathom lil sidien ġodda meta kellhom ħames ġimgħat biss.

Hija kompliet biex tispjega l-gravità tas-sitwazzjoni hekk kif skontha sidthom ma kellha l-ebda problema li l-ġriewi kienu f’sitwazzjoni ta’ saħħa degredanti. 

Hija spjegat kif dan il-ġeru fir-ritratt spiċċa miet minħabba nuqqas ta’ attenzjoni medika u li wieħed minn ħutu għadu qiegħed jiġġieled f’kundizzjonijiet xejn mixtieqa. 

Hija qiegħda ssostni li hemm bżonn li dan l-abbuż jieqaf u li jsiru spezzjonijiet f’residenzi privati. Tenniet li dawn l-annimali ma jistgħux jibqgħu ibatu minħabba tgħamir irresponsabbli.

Hija rringrazzjat lil voluntiera Nina u Rosaria li baqgħu mal-ġeru fl-aħħar nifsijiet tiegħu.

Sport