Kien għall-ħabta tas-2.30pm meta billboard li kienet imwaħħa fi Triq Reġjonali waqgħet u spiċċat f’nofs tat-triq.
Konsegwenza ta’ dan inħolqot konġenzjoni kbira tat-traffiku ftit qabel il-junction tal-Kappara.
Il-pulizija marru mill-ewwel fuq il-post biex jidderieġu t-traffiku kif ukoll magħhom ingħaqdu ħaddiema tat-Transport Malta.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.