Eluf kbar ta’ titjiriet qegħdin jiffaċjaw dewmien fir-Renju Unit hekk kif is-sistema li tikkontrolla t-traffiku tal-ajru waqgħet u s’issa ma hemm l-ebda indikazzjoni x’ħin se terġa’ tibda taħdem.
Diveri linji tal-ajru qegħdin iħabbru li kienu qegħdin iħassru kull titjira lejn ir-Renju Unit. Minħabba din is-sitwazzjoni eluf kbar ta’ passiġġieri jinsabu maqbudin kemm fl-ajruporti madwar Londra, u eluf kbar oħrajn f’ajruporti madwar id-dinja kollha jistennew xi aħbar meta jistgħu jaslu fir-Renju Unit.
Il-kumpanija Nats li tmexxi t-traffiku tal-ajru fi stqarrija qalet li s-sistema tagħha sofriet ħsarat u għalhekk il-kontrolluri tal-ajru ma jistgħux jaħdmu biex jaraw l-ajruplani li hemm fl-ispazju tal-ajru tar-Renju Unit.
L-istqarrija tgħid li sakemm it-tekniċi tagħha jsolvu din il-problema l-kontrollri tal-ajru qegħdin jaħdmu kollox manwali u għalhekk hu imposibbli li jħallqu mal-ajruplani kollha. Għalhekk, diversi titjiriet se jkunu qegħdin jaslu jew jitlqu ħafna sigħat wara l-ħin skedat kif ukoll eluf ta’ titjiriet oħrajn kellhom jitħassru.