Monday, June 9, 2025

‘Taqta’ qalbek qatt, ibqa’ oħlom u tirnexxi’ – Marvin u Andrea Prezioso

Aqra wkoll

Marvin u Andrea Prezioso huma DJs, produtturi u mużiċisti Taljani magħruf sew fis-sena tal-mużika elettronika. Minn żgħożithom kien affaxxinati mill-ħsejjes elettroniċi u t-talenti tagħhom għall-ħolqien ta’ mużika ta’ kwalità ħalla impatt kbir fuq is-xena mużikali fl-Italja u barra minnha. Il-karriera tagħhom bdiet b’mod gradwali, fejn kien jagħmlu dj-set f’postijiet żgħar qabel ma saru ismijiet magħrufa f’dan il-qasam.

Matul is-snin, Marvin żviluppa stil mużikali varjat li jinkludi kemm kanzunetti bil-vuċi kif ukoll tracks iddiżinjati speċifikament għal klabbs u festivals kbar. Kienu ħafna dawk li identifikaw miegħu u mat-tim tiegħu bħala simbolu ta’ innovazzjoni u passjoni fil-mużika elettronika. Kif spiċċa jiltaqa’ mal-pubbliku u jitkellem fuq is-sena tal-mużika, Marvin dejjem juri kemm jgħożż il-komunità mużikali tiegħu.

Fl-aħħar snin, kompla l-karriera tiegħu b’mod internazzjonali, b’mod partikolari bl-attenzjoni li qed jagħti lil Malta, li issa flimkien ma’ Andrea jħossuha bħala “it-tieni dar” tagħhom. Il-konnessjoni ma’ dan il-pajjiż mhux biss turistika iżda wkoll mużikali qed tikber mal-medda taż-żmien. Dan is-sit ħa l-okkażjoni biex jieħu l-kummenti esklussivi kemm ta’ Marvin kif ukoll ta’ Andrea Prezioso hekk kif huma t-tnejn inġiebu Malta għal party kbir f’diskoteka ewlenija fir-Rabat nhar is-Sibt li għadda, minn Back2Dance Events.

Mal-ewwel bdejna billi saqsejna dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ Malta, Marvin esprima kif Malta saret post speċjali għalih. “Malta hija bħal it-tieni dar għalina,” qal b’tant affezzjoni. “Niġi ħafna drabi, għax hemm l-ospitalità, il-kultura u l-viċinanza mal-Italja tagħmluha post ideali.” Huwa spjega kif l-attrazzjoni ta’ Malta mhix biss minħabba l-post ġeografiku tagħha — li huwa ħdejha l-Italja — imma wkoll minħabba l-ambjent ħelu u l-merħba li jħossu mis-segwaċi u l-poplu inġenerali meta jiġu hawnhekk.

“Malta qed issir bħal Ibiza, li kienet referenza ewlenija għall-mużiċisti u s-segwaċi tal-mużika elettronika,” qal Marvin. “Issa, ħafna nies qed jaraw Malta bħala destinazzjoni ewlenija fejn wieħed jista’ jgawdi l-mużika u l-festi b’ambjent mill-isbaħ, mingħajr ma jitlef il-kalma u l-ħbiberija li Malta toffri.” Huwa temm jgħid li din l-evoluzzjoni hi ħaġa pożittiva ħafna għall-industrija tal-mużika fl-Ewropa u għal min irid jikseb esperjenza unika.

Min-naħa l-oħra, Andrea tkellem dwar is-sitwazzjoni mużikali fl-Italja fejn qal li l-industrija qed tiffaċċja xi sfidi. “Ix-xena tal-klabbs qed iħabbtu wiċċhom ma’ bidliet kbar,” spjega. “Il-mużika qed tinbidel, it-tendenzi qed jinbidlu, u l-mod kif in-nies jagħmlu l-‘outing’ tagħhom qed jaffettwa wkoll l-industrija.” Minkejja dawn l-isfidi, hu enfasizza li d-dedikazzjoni u l-passjoni ta’ dawk li jħobbu din il-mużika għadha sservi bħala sors ta’ ispirazzjoni kbira.

Huwa rrikonoxxa li ħafna aspetti għandhom bżonn jiġu adattati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ġodda ta’ udjenzi li qed jinbidlu, speċjalment minħabba l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u l-influwenza tal-midja soċjali. “Kulħadd qed ifittex modi ġodda biex jibqa’ relevanti,” qal, “u aħna nistgħu ngħidu li qed nimxu mar-ritmu ta’ dawn il-bidliet.”

Meta saqsejnihom dwar il-mużika tagħhom u liema kanzunetta jħossu li tifforma parti importanti minn dak li huma, kemm Marvin kif ukoll Andrea qalu li m’hemmx kanzunetta waħda biss. “Kull kanzunetta għandha l-post tagħha. Għandna kemm kanzunetti bil-vuċi, li huma aktar melodiċi u personalment imxerrda, kif ukoll tracks iddiżinjati u magħmula għal klabbs, li huma aktar enerġetiċi li mingħajr ma trid iġiegħluk tiżfen.”

Din il-varjetà tippermettilhom jilħqu tipi differenti ta’ udjenzi, kemm dawk li jfittxu esperjenza mużikali aktar intima u emozzjonali, kif ukoll dawk li jixtiequ biss jimxu fuq ir-ritmu fil-klabbs u d-diskoteki. Huwa qal li din il-bilanċ huwa wieħed mill-kbar suċċessi tagħhom u jagħmilhom uniċi fl-industrija.

Marvin tkellem ukoll dwar wieħed mill-mumenti memorabbli tiegħu f’Malta: l-avveniment li sar f’diskoteka partikolari fil-limiti bejn ir-Rabat u Ħaż-Żebbuġ fejn attendew aktar minn 1100 persuna. “Ħafna nies, ħafna enerġija, u festa tassew sabiħa,” qalu b’entużjażmu Marvin u Andrea Prezioso. Huwa semma kif l-ospitalità Maltija kienet waħda mill-aktar affarijiet li impressjonawh, u kif dan għamel id-differenza bejn parti oħra u esperjenza hawnhekk f’Malta.

Din l-esperjenza kienet simbolika mhux biss għall-popolarità tagħhom iżda wkoll għar-rabta emozzjonali li għandhom ma’ Malta u l-komunità tal-mużika hawnhekk.

Fl-aħħar tal-intervista, il-konversazzjoni ċċentrat fuq il-futur tal-karriera tagħhom. “Ma nafx eżattament fejn se nkunu f’għaxar snin,” qal Marvin.

“Fl-aħħar mill-aħħar, il-ħajja hija mimlija sorpriżi u l-uniku fattur importanti huwa li tibqa’ tgawdi dak li qed tagħmel.” Huwa jemmen li sakemm il-mużika tibqa’ divertenti u għadha tikkoopera ma’ dan is-sens ta’ divertiment, hu u t-tim tiegħu se jibqgħu jkomplu.

Il-ħila biex taħdem iebes u biex tifhem l-importanza ta’ messaġġ ċar fil-mużika huma fatturi li hu jemmen li jagħmluha diffiċli li ssir artist magħruf, iżda mhux impossibbli. 

“Jeħtieġ li tkun impenjat, studjuż u anke ftit xorti,” qal. “Illum il-midja soċjali tgħin ħafna, iżda lanqas biss titqies bħala t-toroq faċli.”

Il-messaġġ għalhekk hu wieħed. Taqta’ qalbek qatt, ibqa’ oħlom u tirnexxi!

Mill-intervista u l-bijografija ta’ Marvin u Andrea Prezioso jispikkaw dawn iż-żewġ mużiċisti u produtturi Taljani li għandhom viżjoni ċara u passjoni kbira għall-mużika, filwaqt li jħobbu lil Malta bħala post speċjali li jarawha bħala “it-tieni dar.” Il-kontribut tagħhom għall-industrija tal-mużika elettronika huwa konsiderevoli, speċjalment fil-ħolqien ta’ mużika friska u varjata.

Malta, li qed isserraħ fuq reputazzjoni dejjem tikber fis-suq mużikali Ewropew, issa ssir parti mill-vjaġġ ta’ Marvin u Andrea Prezioso, u huwa ċar li dan mhux biss se jkomplu jirbħu s-suċċessi, imma wkoll jagħmel impatt profond fuq il-komunità mużikali lokali u internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport