Sunday, November 24, 2024

Tarbija mejta fost eluf ta’ immigranti li daħlu f’Lampedusa fl-aħħar sigħat

... iċ-ċittadini bi protesta kontra influss qawwi ta' immigranti fi ftit jiem

Aqra wkoll

Il-gwardja tal-kosta Taljana sabet tarbija bla ħajja fuq dgħajsa li kienet qiegħda ġġorr immigranti lejn Lampedusa. Dan ma kienx l-uniku każ. Aktar kmieni din il-ġimgħa tarbija ta’ ħames xhur għerqet waqt operazzjoni ta’ salvataġġ ’il barra minn Lampedusa wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet.

Skont rapport fil-midja Taljana stess, minkejja din it-traġedja għall-omm li welldet matul il-vjaġġ, numru ta’ residenti f’Lampedusa nġabru jsemmgħu leħinhom fi protesti kontra l-influss tal-immigranti. Dan hekk kif l-ammont ta’ immigranti li daħlu fl-Italja din is-sena kien ta’ 126,000, kważi d-doppju meta kkumparat mas-sena li għaddiet.

F’Lampedusa din il-ġimgħa biss daħlu eluf ta’ immigranti biċ-ċittadini jappellaw għall-għajnuna tal-politiċi. Sal-bieraħ stess, il-Prim Ministru Taljana Giorgia Meloni sejħet lill-Unjoni Ewropea biex taġixxi kontra t-traġitti mill-Afrika ta’ Fuq lejn il-Mediterran filwaqt li wegħdet li se tkun qiegħda tieħu azzjoni stretta b’rabta ma’ dan l-influss qawwi ta’ din il-ġimgħa.

Jidher li l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von der Leyen se tkun qiegħda tilqa’ l-istedina ta’ Meloni u mistennija żżur il-gżira ta’ Lampedusa fis-sigħat li ġejjin.

Sport