Tarbija ta’ jumejn infettata bil-COVID-19 mietet fl-Afrika t’Isfel biex b’hekk kompliet tiżdied il-lista tal-iżgħar vittmi tal-virus madwar id-dinja.
Skont il-Ministru għas-Saħħa fil-pajjiż, l-omm irriżultat pożittiva u l-istess it-tarbija tagħha. It-tarbija li twieldet f’età prematura kellha bżonn għajnuna respiratorja u kellha titpoġġa fuq il-ventilatur b’mod immedjat wara t-twelid.
L-ammont ta’ vittmi fil-pajjiż issa tela’ għall-339 u l-każijiet konfermati qabeż is-18,000 persuna.
Skont mudelli statistiċi huwa mbassar li mal-40,000 persuna jistgħu jmutu fil-ftit xhur li ġejjin.