Thursday, December 26, 2024

Tarbija ta’ xahar pożittiva għall-coronavirus; Sitt każi ġodda llum

Aqra wkoll

Mid-993 swab test li saru f’dawn l-aħħar sigħat, irriżultaw sitt każi ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19.

Dan ifisser li issa l-każi telgħu għal 299 każ. Fost il-każi reġistrati llum hemm każ li kien importat minn barra.

L-ewwel każ huwa dak ta’ raġel ta’ 63 sena li beda juri sintomi tal-marda fil-5 ta’ April. Huwa pensjonant u qed isir contact tracing mal-membri tal-familja tiegħu. Huwa jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

It-tieni każ huwa ta’ mara Maltija ta’ 47 sena, li bdiet turi sintomi tal-Covid-19 fis-6 ta’ April. Qed isir contact tracing ma’ membri tal-familja.

Każ ieħor huwa dak ta’ raġel ta’ 56 sena li huwa health care worker. Huwa beda juri sintomi fis-6 ta’ April li għadda. Qed isir contact tracing mal-kollegi tiegħu. Huwa ma kellu l-ebda kuntat ma’ pazjenti oħrajn.

Ir-raba’ każ huwa ta’ mara Maltija ta’ 57 sena li rriżultat pożittiva minn testijiet ta’ rutina li qed isiru qabel ma persuna tidħol l-Isptar Mater Dei għal operazzjoni. Hija kienet ilha ma tirrapporta għax-xogħol mis-17 ta’ marzu u għaldaqstant m’hemm l-ebda riskju ta’ espożizzjoni għal kollegi tagħha.

Il-ħames każ huwa dak ta’ tarbija ta’ xahar li beda juri sintomi ta’ sogħla u qtugħ ta’ nifs. Qed isir contact tracing mal-membri tal-familja, u mal-istaff mediku. Il-Prof. Gauci qalet li ma hemm l-ebda każijiet oħrajn fis-sala fejn qed jinżamm it-tarbija.

L-aħħar każ huwa ta’ raġel Malti ta’ 52 sena li bead juri sintomi fil-5 ta’ April. Huwa kien imsiefer u ġie lura mir-Renju Unit fit-2 ta’ April.

Ekonomija

Sport