Wednesday, November 26, 2025

Tarbija tat-twelid fil-periklu tal-mewt wara li nstabet b’rasha fit-toilet f’Turin

Storja li xxukjat il-belt ta’ Turin fl-Italja... 

Aqra wkoll

Minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li mara ta’ 38 sena welldet weħidha fl-appartament tagħha. Jidher li ħadd mill-familja tagħha ma kien jaf li l-mara kienet tqila.

Ħu l-mara kumbinazzjoni daħal fl-appatament u fil-kamra tal-banju sab xena li qatt ma stenna li se jara… Tarbija tat-twelid b’rasha fit-toilet u lil oħtu mal-art kollha demm.

Hu mill-ewwel ċempel lis-servizz tal-emerġenza li ħadu kemm lil omm u anke lit-tarbija l-isptar. L-omm mill-ewwel bdiet tingħata l-għajnuna mill-ħaddiema soċjali u anke minn psikjatri filwaqt li t-tarbija tinsab fil-periklu tal-mewt.

S’issa mhux magħruf jekk l-omm ipprovatx toqtol lit-tarbija billi poġġitilha rasha fit-toilet… Il-Pulizija ferħet investigazzjoni dwar dan il-każ, aktar u aktar hekk kif ħadd mill-familja tal-omm ma kien jaf li kienet qiegħda tistenna tarbija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport