Sunday, December 22, 2024

Tarbija tat-twelid u ommu salvati erbat ijiem wara t-terremoti fit-Turkija u s-Sirja

Aqra wkoll

Tarbija tat-twelid u ommu ġew salvati minn qalb it-tifrik fit-Turkija, madwar 90 siegħa wara t-terremoti li laqtu dan il-pajjiż u s-Sirja.

It-tifel ta’ għaxart ijiem jismu Yagiz, ġie rkuprat minn struttura mwaqqgħa fil-provinċja ta’ Hatay fin-Nofsinhar tal-pajjiż.

Filmati li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali wrew lit-tifel jinħareġ bil-galbu matul il-lejl – xena deskritta mill-midja lokali bħala waħda mirakoluża. 

It-tamiet li jinstabu aktar persuni ħajjin aktar ma jmur qed ikomplu jonqsu. Madankollu, qed ikomplu l-isforzi ta’ tfittxija u salvataġġ kemm fit-Turkija u s-Sirja.

Aktar minn 21,000 persuna mietu sa issa f’dawn it-terremoti – il-parti l-kbira tagħhom ġewwa t-Turkija. 

Ekonomija

Sport