Sunday, November 24, 2024

Tarbija tinstab mejta f’sit ta’ riċiklaġġ fl-Ingilterra

Mara tinsab fil-kustodja tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ

Aqra wkoll

Mara qed tinżamm arrestata fuq suspett li pruvat tostor l-eżistenza ta’ tarbija minn din id-dinja. Dan wara li lbieraħ tarbija tat-twelid instabet mejta f’sit ta’ riċiklaġġ f’Somerset l-Ingilterra.

Skont kif inhu rrappurtat mill-midja Ingliża Daily Mail, il-katavru tat-tifla nstab minn ħaddiem tal-istess sit f’Lufton Trading Estate, f’Yeovil. Fl-imsemmi estate hemm żewġ ċentri ta’ riċiklaġġ — il-Yeovil Recycling Centre u l-YPH Waste Segregation and Recycling Facility.

Minnufih numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija tal-lokal issejħu fuq il-post. S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għall-mewt tat-tarbija.

F’kumment li ta lill-midja Ingliża, l-Ispettur Ben Lavender qal li bħalissa qed jistennew ir-riżultat tal-awtopsja sabiex ikunu f’pożizzjoni li jiddeterminaw kif mietet it-tarbija. Però, huwa kompla jgħid ukoll li f’dan l-istadju kien neċessarju li jżommu lil din il-mara fil-kustodja tagħhom sabiex jibdew l-investigazzjonijiet meħtieġa.

Lavender spjega li sadanittant il-mara qed tingħata s-sapport mediku li tinħtieġ.

Sport