Friday, December 27, 2024

Tarbija titwieled bil-Covid-19 … Evidenza qawwija li l-virus jittieħed mill-placenta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn CARMEN CACHIA

Tobba f’Texas sabu traċċi tal-Covid-19 f’tarbija tat-twelid 24 siegħa wara biss li twieldet. Huma ħabbru li din hija evidenza qawwija li dan il-virus jista’ jittieħed mill-placenta tal-omm. Ix-xjenzati qalu li l-omm irriżultat pożittiva fit-tqala u wara li ngħatat kura għas-sintomi, kemm hija u t-tarbija jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

Din it-tarbija, li twieldet bil-Coronavirus, issa għat-tobba hija prova qawwija li trabi fil-ġuf jistgħu jiġu infettati f’din . It-tifla minn Texas, li l-identità tagħha għadha mistura, malli twieldet ittieħdet fit-taqsima tal-kura intensiva. Hija rriżultat pożittiva għall-Coronavirus jum wara li twieldet wara li beda jkollha diffikultajiet biex tieħu nifs u anke deni.

Meta x-xjenzati analizzaw il-placenta, dawn sabu infjammazzjoni u traċċi tal-Covid-19. Huma saħqu li dan juri li t-tarbija ġiet infettata bil-virus meta din kienet għadha fil-ġuf ta’ ommha, aktar milli wara li twieldet. Il-ġimgħa l-oħra esperti Taljani wkoll sabu “evidenza b’saħħitha” ta’ trasmissjoni tal-virus fil-ġuf wara li minn studji li saru, il-Covid-19 instab kemm fid-demm tal-kurdun, kif ukoll fil-placenta.

Issa xjenzati madwar id-dinja qegħdin jisħqu li t-trasmissjoni ta’ dan il-virus mill-placenta għandha tittieħed inkonsiderazzjoni u dan wara rapporti li tfal tat-twelid qegħdin jitwieldu bih. 

Għadd ta’ viruses, fosthom l-HIV u Zika jistgħu jinfettaw lill-feti b’dan il-mod u għalhekk it-tobba qegħdin isostnu li l-Covid-19, li qatel aktar minn nofs miljun persuna madwar id-dinja, jista’ wkoll jattakkahom qabel jitwieldu.

Ekonomija

Sport