Tarxien Rainbows FC ħabbru l-akkwist ta’ Bruno Da Cruz, midfielder Brażiljan ta’ 29 sena, għall-istaġun 2025/26 tal-Malta Premier.
Bruno jġib miegħu esperjenza internazzjonali siewja, wara li lagħab f’Għawdex ma’ Għajnsielem u Kerċem Ajax, u aktar riċentement ikkompeta fil-Premier League Indoneżjan ma’ Persita FC. Iż-żmien tiegħu barra minn Malta ffurmah fi player kalm u intelliġenti, b’għarfien qawwi tal-logħba.
Bruno, li jispikka għas-saħħa fiżika, it-tul, u l-intelliġenza tiegħu, se jkun żieda ewlenija f’ nofs il-grawnd tar-Rainbows. Il-preżenza tiegħu fil-grawnd se tipprovdi kemm stabbiltà kif ukoll kreattività, u tagħti lit-tim għażla importanti oħra fl-istrutturar tal-logħob tagħhom.