Tuesday, August 12, 2025

Tarxien Rainbows iħabbru l-akkwist tal-attakkant Brażiljan Wallisson Bahia

Aqra wkoll

Tarxien Rainbows ħabbru l-akkwist tal-attakkant Brażiljan Wallisson Bahia.

Is-centre forward ta’ 24 sena jingħaqad mar-Rainbows wara staġun mill-aqwa fil-Brażil, fejn kellu rwol ewlieni biex jgħin lill-URT (União Recreativa dos Trabalhadores) jiksbu l-promozzjoni. B’tul ta’ 1.85 m, Wallisson jgħaqqad il-preżenza fiżika ma’ xamma ippruvata għall-gowl.

Imwieled fit-28 ta’ Awwissu 2000, kellu staġun 2024–25 ta’ suċċess kbir mal-URT, wara li qabel rebaħ it-titlu ma’ Sertáozinho, fejn wera l-abbiltà tiegħu li jkun plejer deċiżiv fir-rebħ tal-unuri. Il-karriera tiegħu tinkludi wkoll perjodi ma’ Marília Atlético, Centro Sportivo Paraibano, União Recreativa Dantas, u diversi self fid-diviżjonijiet aktar baxxi kompetittivi tal-Brażil.

Hekk kif Tarxien s ejkunu qed jirritornaw fil-Malta Premier, il-wasla ta’ Wallisson hija dikjarazzjoni ta’ intenzjoni hekk kif huma qed isaħħu l-attakk tagħhom b’talent żagħżugħ bil-għatx għas-suċċess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport