Sunday, June 22, 2025

Tarxien Rainbows jakkwistaw lil Andreas Vella

Aqra wkoll

Tarxien Rainbows FC ħabbru l-akkwist ta’ Andreas Vella, li se jkun qed jingħaqad mal-klabb biex isaħħaħ id-difiża għall-istaġun li ġej.

Eks plejer internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, Andreas iġib miegħu esperjenza siewja fl-iskwadra tagħna. Fil-passat huwa lagħab ma’ Floriana FC, Zabbar St Patrick, u Santa Lucia FC, fejn wera impenn konsistenti matul il-karriera tiegħu.

Magħruf għad-determinazzjoni u l-veloċitá tiegħu, Andreas iżid kemm stabbiltà difensiva kif ukoll momentum fl-attakk fuq ix-xellug.

Fi stqarrija Tarxien Raonbows FC qalu li l-istil tal-logħob tiegħu jallinja perfettament mal-viżjoni u l-ambizzjonijiet tal-klabb għall-istaġun li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport