Tuesday, March 31, 2026

Tasal is-seba’ telfa konsekuttiva għal Malta

Aqra wkoll

Georgia…………….4

Malta………………..1

Georgia: Papuna Beruashvili, Nikoloz Tsetskhladze, Aleksandre Amisulashvili, Aleksandre Narimanidze (Akaki Giunashvili 68), Saba Kharebashvili, Guram Japaridze (Diego Deisadze 46), Nikoloz Dadian, Luka Parkadze (Andria Bartishvili 58), Irakli Yegoian, Luka Tsulukidze (Nikoloz Chikovani 58), Gabriel Sigua Coach: Ramaz Svanadze

Malta: James Sissons, Kean Scicluna, Mattias Ellul, Nicholas James Agius (Shaisen Attard 78), Nathan Cross, Deacon Abela, Kaiden Fenech (Jake Grech 85), Jake Micallef (Lucas Caruana 78), Daniel Letherby (Brooklyn Borg 67), Joshua Pitts, Kai Bartolo (Sean Gatt 67) Coach: Davide Mazzotta

Referee: Seth Galia (Ġibiltá)

Ass. Referees: Michael Gerard Macias, Faust Guerrero (Ġibiltá)

Raba’ Uffiċjal: Timothy Reoch (Ġibiltá)

Skorers: M. Ellul 2 (M), L. Tsulukidze 9, G. Sigua 21, 78, A. Narimanidze 42 (G)

Ammoniti: I. Yegoian (G), N. Cross (M)

F’partita valida minn Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena, it-tim nazzjonali Malti tal-istess kategorija sofra s-seba’ telfa konsekuttiva meta safa megħlub minn Georgia bl-iskor kbir ta’ 4-1.

Il-Maltin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti permezz tad-difensur MATTIAS ELLUL, biex b’hekk wasal l-ewwel goal għal pajjiżna f’dan il-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni. 

Iżda l-Maltin bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li Georgia ġabu l-iskor indaqs seba’ minuti wara minn LUKA TSULUKIDZE.

Huma qalbu l-iskor favurihom fil-21 minuta permezz tal-captain GABRIEL SIGUA. 

Kulma jmur kompla d-dominju ta’ Georgia u fit-42 minuta skorjaw it-tielet goal permezz ta’ ALEKSANDRE NARIMANIDZE.

Georgia ssġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal fit-78 minuta permezz ta’ GABRIEL SIGUA, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali b’goal f’kull taqsima.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, b’Georgia jkomplu jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport