Waslet Malta waħda mill-bands reggae l-aktar magħrufa fid-dinja, UB 40, b’kanzunetti leġġendarji bħal Red Red Wine, Kingston Town, u Can’t Help Falling in Love.
Matul il-karriera twila tagħhom, biegħu aktar minn 100 miljun diska u għadhom isem ewlieni fix-xena mużikali globali.
Huma se jdoqqu waqt kunċert speċjali għada ġewwa l-MFCC Ta’ Qali bħala parti mill-Vernal Festival.
Dan il-festival jingħata bidu llejla din id-darba b’kunċert ieħor mill-kantant leġġendarju, NEK.
Il-Vernal Festival għandu l-għan li jsaħħaħ il-kalendarju kulturali ta’ Malta billi jlaqqa’ flimkien talent lokali u internazzjonali eċċellenti.
Dan l-avveniment huwa appoġġjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u sponsors ewlenin oħra li jirrikonoxxu s-sinifikat tal-avvenimenti kulturali f’Malta.