Saturday, October 26, 2024

Tattoo policy ġdida għall-Korp tal-Pulizija

Aqra wkoll

Daħlet fis-seħħ tattoo policy ġdida għall-Korp tal-Pulizija, li tirregola b’mod aktar modern tattoos tal-uffiċjali tal-Pulizija. Il-wiċċ, l-għonq u l-pala tal-id huma projbiti ħlief għal raġunijiet mediċi, filwaqt li tattoos espliċiti, vulgari, marbuta ma politika jew diskriminazzjoni, jew tattoos oħra kontra l-policy huma projbiti wkoll.

Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri stqarr li tattoo jew leħja ma tiddeterminax il-kwalitajiet ta’ persuna, iżda persuna għandha tkun iġġudikata fuq ix-xogħol u l-professjonalità tiegħu jew tagħha.

Huwa spjega li l-policy ġdida tapplika kemm għall-membri preżenti u anke għal dawk li huma mħajra japplikaw f’sejħa li hija miftuħa. Mhux ser ikun hemm l-obbligu li tattoo skont il-policy tkun mgħottija.

Sport