Monday, July 15, 2024

“Tawha knock out” … “il-lupu jbiddel surtu u mhux għemilu”

John Busuttil dwar dak li ġara lil martu li klient kandidat mal-PN fuq ir-Rabat Malta

Aqra wkoll

Wara li sar magħruf ir-riżultat għal kunsill tar-Rabat, fejn waħda mill-aktar kandidati validi fil-Partit Nazzjonalista spiċċat ma telgħetx, wassal biex ikkummenta dwar dan ir-raġel tagħha John Busuttil, eks attivist Nazzjonalista.

Hu kkummenta li “marti Janice Busuttil mweġġa. Mhux biss għax ma gietx eletta għax dik normali f’kull elezzjoni iżda għall-mod kif u issa dan inżommuh għalina, tawha knock out. Però kif tistejqer se tqum aktar b’saħħitha u tagħraf xi tfisser il-politika u it-talenti tagħha u l-ħeġġa tagħha tagħtiha lil min ħaqqu. Għandek ħafna x’toffri Janice u hemm lil min toffriha li japprezzak. Mela qum minn hemm u tgħallem uża it-talenti tiegħek fuq min japprezzahom u hemm ħafna. Il-politika taf tweġgħek u jien naf x’jiġifieri għalhekk illum inħossni li l-pass li kont għamilt se nibqa’ miexi bih. Għax il-lupu jbiddel surtu iżda mhux għemilu. Kliem ix-xiħ żomm fih maħbuba tiegħi”.

Minn naħa tagħha Janice Busuttil ikkummentat li “grazzi lil kull min ivvutali li żgur kontu ħafna u iżjed minn xi uħud li telgħu fil-kunsill, iżda ma kienx biżżejjed minħabba siġġijiet. Il-politika tiqaf hawn għalija għal dejjem”.

Ekonomija

Sport