MALTA……………16
ARĠENTINA…….15
(3-3, 5-4, 4-4, 4-4)
*It-team nazzjonali Malti li qed jieħu sehem fit-Tieni Diviżjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026 tal-waterpolo li qed issir fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq u fil-Pixxina tal-Kottonera, ilbieraħ kien involut fil- kwarti-finali għall-postijiet mid-9 sas-16-il fejn iltaqa’ kontra l-Arġentina u f’logħba ferm missielta ħareġ rebbieħ b’goal wieħed.
Il-Maltin ma tilfux sessjoni waħda għalkemm tlieta minnhom intemmu f’parita’ u finalment ħarġu rebbieħa f’logħba ta’ 31 goals, 16-15.
Għal darb’oħra Ivan Nagaev spikka bil-goals li skorja tant li sab ix-xibka xejn inqas minn seba’ darbiet bil-goals l-oħra tal- Maltin jiġu minn idejn Elijah Schembri 2, Luigi Dimech 2, Julian Valletta 1, Jake Cachia 1, Benji Cachia 1, Jeremy Abela 1 u Darren Zammit 1.
L-aqwa skorer tal-Arġentina kien Tomas Tilatto li għeleb lill-goalkeeper Malti erba’ darbiet.
Il-logħob l-ieħor tal- kwarti-finali fejn hija nvoluta Malta ntemm hekk:
Slovakkja v Ċina 16-13 (5-2, 2-6, 6-4, 3-1). L-aqwa skorer tal-logħba kien Adam Furman tas-Slovakkja b’sitt goals waqt li Zhongxian Cheng u Yuhao Cai skorjaw erba’ goals kull wieħed għaċ-Ċina.
Brażil v Portugall 14-9 (5-2, 4-4, 5-1, 0-2) u hawnhekk tliet players skorjaw tlieta kull wieħed li huma Paulo Ricardo Oliveira u P Vergara għall-Brażil u Rui Martims Ramos għall-Portugall.
Kanada v Turkija 15-14 (1-5, 5-5, 5-2, 4-2)
Illum Malta tilgħab kontra l-Brażil fis-semi-finali għall-pożizzjonijiet mid-9 sas-12.

