Friday, April 10, 2026

Tazza tad-Dinja tal-waterpolo Div. 2 – Wirja qabiena mhux biżżejjed għall-Maltin

Aqra wkoll

Malta…………………9

Rumanija………….14

(2-6, 3-3, 0-2, 4-3)

Wirja qalbiena mit-tim nazzjonali tal-waterpolo ma kinitx biżżejjed biex jevita telfa ta’ 14-9 kontra r-Rumanija, bil-Maltin iwettqu reazzjoni tard wisq fil-partita fejn fil-fatt rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 4-3. bir-Rumeni jirbħu l-ewwel u t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 6-2 u 2-0 rispettivament, waqt li t-tielet sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3.

Il-Maltin reġgħu kellhom jgħaddu mingaħjr is-servizzi tal-captain Stevie Camilleri li ksier imnieħru fl-ewwel logħba kontra l-Awstralja, u huwa mistenni li jkun barra mill-azzjoni għal diversi ġimgħat.

Din kienet it-tieni telfa minn tliet logħbiet għall-Maltin, wara dik kontra l-Awstralja fl-ewwel ġurnata, b’pajjiżna jirbaħ it-tieni partita kontra l-Kazakstan. Din kienet ukoll it-tielet rebħa konsekuttiva għar-Rumeni minn daqstant partiti.

Għall-maltin spikka ferm il-player Russu naturalizzat Malti Ivan nagaev li skorja ħames goals, bil-goals l-oħrajn għal pajjiżna jaslu minn doppjetta personali ta’ Darren zammit u goal kull wieħed għal Elijah Schembru u Jeremy Abela.

Ta’ nota huwa huwa l-fatt li r-Rumanija huma mmexxija mill-kowċ Bogdan Rath, li fil-passat riċenti lagħab u mexxa diversi timijiet f’pajjiżna.

Il-player tar-Rumanija Vlad Georgevic gie vvutat bħala l-Player tal-Logħba.

Dan l-avveniment huwa possibli grazzi għall-għajnuna finanzjarja minn SportMalta.

Malta: Nicky Grixti, Elijah Schembri, Julian Valletta, Russell Caruana, Jake Cachia, Benji Cachia, Rhys Bugelli, Ivan Nagaev, Jeremy Abela, Jerome Zerafa Gregory, Darren Zammit, Luigi Dimech, Zack Dzanovic, Sam Engerer Kowċ: Milan Cirovic

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport