Friday, November 15, 2024

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Malta megħluba mid-Danimarka

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta …………0

Danimarka …..2

F’partita mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2023 tan-Nisa, Malta sfat megħluba mit-team qawwi tad-Danimarka bl-iskor ta’ 2-0 li laqtu wkoll darbtejn il-lasti.

Peró, kollox ma’ kollox il-wirja tal-Maltin kienet waħda nkoraġġanti li mma­turat mal-kors tal-logħba wara li sofreja żewġ goals wara biss disa’ minuti.

Il-Maltin kellhom nieqsa lil Haley Bugeja waqt li d-Daniżi kienu mingħajr il-captain u l-aqwa player tagħhom, Pernille Harder, li weġġgħet fil-jiem li għaddew ma’ Chelsea.

Id-Daniżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss ħames minuti fetħu l-iskor meta minn through pass ta’ Emme Snerle, id-difiża Maltija naqset milli tikklejra u JANNI THOMSEN approfittat u tefgħet il-ballun fix-xibka.

Huma komplew fuq l-offensiva u fid-disa’ minuta rduppjaw meta OLIVIA MOLLER HOLDT approfittat minn clearance erratika tal-Maltin u permezz ta’ xutt mill-ewwel mid-distanza għelbet għal kollox lill-goalkeeper, Jodie Attard, li setgħet għamlet aħjar. 

Fid-19-il minuta l-coach ta’ Malta, Mark Gatt, kien kostrett jaffettwa sosti­tuz­zjoni sfurzata meta weġ­ġgħet Maria Farrugia biex minflokha daħlet tilgħab Emma Xuereb.

Id-Daniżi komplew jiddominaw u fil-31 minuta, Nicole Sciberras wettqet indeċiżjoni fid-difiża biex rebħet il-ballun Stine Lar­sen li b’eleganza qabżet lil Jodie Attard bit-tentattiv tagħha jistampa ma’ sieq il-wieqfa, bid-difiża Maltija tikklerja l-periklu.

Eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, Kathrine Meller Kuhl kellha xutt fil-baxx mill-viċin li ġie salvat minn Attard.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, id-Daniżi komplew bl-is­tess ritmu u fit-53 minuta xutt ta’ Kathrine Meller Kuhl mid-distanza stampa mal-wieqfa.

Il-kumplament tal-partita kien wieħed ferm kajman ikkaratterizzat minn ħafna logħob f’nofs il-ground.

Dan sat-93 minuta meta s-sostituta Daniża Sanna Troelsgaard ittantat xortiha permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li kważi qarraq għal kollox bil-goalkeeper Attard li iżda salvat tajjeb f’żewġ tentattivi.

MALTA: 23-Jodie Attard, 3-Ann-Marie Said, 4-Emma Lipman, 5-Jessica-Lee Dimech, 6-Dorianne Theuma (9-Leah Ali­ce Ayres 86), 8-Rachel Cuschieri, 13-Maria Farrugia (18-Emma Xuereb 19) (7-Ylenia Carabott 74), 14-Shona Zammit, 16-Charlene Zammit, 17-Brenda Borg, 20-Nicole Sciberras   – Coach: Mark Gatt

DANIMARKA: 1-Kathrine Larsen, 3-Sline Pedersen, 5-Si­mone Boye Sorensen (18-Luna Norgaard Gevitz 61), 6-Olivia Moller Holdt (17-Rikke Madsen 61), 8-Emme Snerle (7-Sanna Troelsgaard 74), 11-Katrine Veje, 12-Stine Larsen (9-Caroline Moller 61) , 13-Sofie Junge Pedersen, 15-Kathrine Meller Kuhl, 19-Janni Thomsen, 23-Sofie Svava (2-Sara Gedsted Thrige Andersen 62)   – Coach: Lars Sondergaard

REFEREE: Kristina Georgieva (Bulgarija)

ASS. REFEREES: Yordanka Korcheva, Dzhukliana Butra­kova (Bulgarija)

RABA’ UFF: Teodora Stoeva (Bulgarija)

SKORERS: J. Thomsen 5, O. Moller Holdt 9 (D)

AMMONITI: J.Dimech, A.M. Said (M); L. Norgaard Gevitz (D)

Ekonomija

Sport