Saturday, February 22, 2025

Tbassir li ser inkunu taħt il – preżenza ta’ pressjoni baxxa għal ġimgħa tal-Karnival

Aqra wkoll

Hekk kif mistenni, wara xhur sħaħ ta’ ħidma, l-inkwiet tad-dilettanti tal-Karnival huwa ċertament it-temp u jekk il-gżejjer Maltin humiex se jintlaqtu mill-maltemp fil-jiem li fihom għandu jiġi esebit ix-xogħol artistiku tagħhom.

Skont il-paġna Aġġornament tat-Temp jidher li; “l-indikazjoni ilha ċara li ser inkunu taħt il-preżenza ta’ pressjoni baxxa. Il-varjazzjoni fir – riħ speċjalment riħ isfel jagħmilha faċli biex jifforma maltemp madwarna. Din hi l kawża tal – instabilita li hawn madwarna u li ser tkompli fil-jiem li ġejjin”

It-Tnejn 24 ta’ Frar – Imsaħħab b’riħ forza 3 għal 2 xlokk ilvant. Possibilita ta ‘ xi raxxa xita 45%

It- Tlieta 25 ta’ Frar– Ftit imsaħħab b’riħ forza 3 punent majjistru. Possibilita ta ‘ xita 25%.

L Erbgħa 26 ta’ Frar- Ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kulltant u b’riħ Ilbiċ forza 4. Possibilita ta’ xi xita 35%

Il- Ħamis 27 ta’ Frar- Bix- xita u b’riħ qawwi forza 5 għal 6 mil-lbiċ li jnaqqas mal jum u jdur punent majjistru wara nofsinhar forza 4. Possibilita ta ‘ xita 70%

Il- Ġimgħa 28 ta’ Frar- B’xi ħalbiet tax xita iżolati li jsir ftit imsaħħab mal jum. Riħ forza 5 għal 6 majjistra li jnaqqas mal- jum. Possibilita ta’ xita 55%

Is-Sibt 1 ta’ Marzu Ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar u possibilita ta’ xi xita filgħaxija. Riħ xlokk ilvant forza 4. Possibilita ta ‘ xita filgħaxija 55%.

Il- Ħadd 2 ta’ Marzu- Ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kulltant bil possibilita ta’ xi xita. Riħ Ilbiċ forza 4. Possibilita ta xi xita mal- jum 45%

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport