Saturday, October 26, 2024

Tbassir pożittiv għall-ekonomija Maltija

Aqra wkoll

Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea għar-Rebbiegħa jindika li l-ekonomija ta’ Malta se tkompli tikber b’mod robust. B’riżultat ta’ dan, id-defiċit ġenerali tal-gvern li kien ta’ 5.8% fl-2022, u fost l-ogħla fl-UE, huwa mistenni li jonqos gradwalment fl-2023 u fl-2024.

L-istess stħarriġ jindika li t-tkabbir ekonomiku għal din is-sena huwa mbassar li jilħaq it-3.9% peress li inflazzjoni tkompli taffettwa d-dħul disponibbli u l-konsum tad-dar.

It-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) imbagħad huwa mistenni li jilħaq 4.1% fl-2024, appoġġjat minn flussi ta’ migrazzjoni netti kontinwi. Bis-saħħa tat-tkabbir robust, id-dejn pubbliku huwa mbassar li jibqa’ taħt is-60 % tal-PDG.

Fit-tbassir tagħha, il-Kummissjoni Ewropea nnutat li l-miżuri mdaqqsa tal-gvern għenu biex il-prezzijiet tal-enerġijaf’Malta jinżammu fl-istess tas-sena 2020. Huwa mistennija li dawn li jibqgħu fis-seħħ ukoll fl-2023 u fl-2024.

L-ekonomija kienet sostnuta minn tkabbir qawwi fil-konsum privat u l-investiment tant li t-tkabbir reali tal-PGD laħaq 6.9% fl-2022, li huwa ogħla minn dak previst fit-Tbassir tax-Xitwa. It-tkabbir ibbenefika wkoll mill-prestazzjoni b’saħħitha tas-setturi tas-servizzi b’mod ġenerali.

It-turiżmu fl-2022 irkupra malajr u ’l fuq mill-aspettattivi preċedenti, kemm f’termini ta’ numru totali ta’ viżitaturi kif ukoll ta’ nefqa turistika. L-impatt tat-tkabbir ta’ qabża notevoli fil-formazzjoni ta’ kapital fiss gross.

Fir-rigward tal-impjiegi Malta baqgħet iżżomm ritmu għoli ta’ tkabbir fl-impjiegi. L-impjiegi żdiedu b’mod impressjonanti ta’ 6.0% fl-2022. Id-domanda għax-xogħol żdiedet f’diversi setturi tal-ekonomija, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u kienet b’saħħitha speċjalment fit-turiżmu u s-servizzi amministrattivi. Ir-rata tal-qgħad f’Malta naqset għal 2.9% fl-2022 u mistennija tibqa’ f’dan il-livell fl-2023 u l-2024.

Il-forza tax-xogħol hija mistennija li tkompli tikber b’pass qawwi fl-2023 u l-2024 f’konformità mat-tkabbir tal-popolazzjoni hekk kif il-pajjiż kompla jattira ħaddiema barranin.

Fl-istħarriġ tagħha, l-Kummissjoni Ewropea nnutat li l-inflazzjoni tal-HICP fl-2022 laħqet is-6.1 %, minkejja li l-prezzijiet tal-enerġija ma għolewx b’intervent tal-gvern. L-awtoritajiet Maltin komplew ikkonfermaw l-impenn tagħhom li jillimitaw l-inflazzjoni tal-enerġija fl-2023 u l-2024.
Madankollu, l-inflazzjoni fl-2023 mistennija tibqa’ fil-livell ta’ 5.4%, imbuttata minn żieda fil-prezzijiet għall-oġġetti importati speċjalment l-ikel, servizzi tat-turiżmu u servizzi ta’ manutenzjoni tad-djar. Fl-2024 iżda, l-għoli tal-ħajja hija mbassra li tonqos għal 2.8% hekk kif it-tkabbir fil-prezzijiet fl-imsieħba kummerċjali ewlenin ta’ Malta jimmodera.

Id-defiċit tal-gvern mistenni jonqos minn 5.8% tal-PDG fl-2022 għal 5.1% fl-2023, u huwa mistenni li jkomplu jonqos bil-mod għal 4.5% fl-2024.

Il-Kummissjoni bħalissa tassumi l-ispiża netta tal-miżuri ta’ appoġġ tal-enerġija tinżel għal 1.5 % tal-PDG fl-2024. It-tneħħija gradwali tal-ispejjeż tar-ristrutturar tal-linji tal-ajru nazzjonali u t-tkabbir fil-kont tal-pagi tal-gvern huma wkoll mistennija li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-defiċit.

Id-dħul mit-taxxa huwa mistenni li jiżdied matul il-perijodu tat-tbassir f’konformità mal-PGD nominali. Wara aktar tkabbir fl-impjiegi, id-dħul mill-kontribuzzjonijiet soċjali huwa mbassar li jikber ukoll.

B’reazzjoni għal dan it-tbassir ekonomiku pożittiv, il-Prim Ministru Dr Robert Abela filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu, sostna li t-tbassir ekonomiku tar-Rebbiegħa għal Malta huwa t-tieni l-għola fl-Unjoni Ewropea fl-istesswaqt li l-qgħad u l-inflazzjoni se jonbqsu bin-nofs. Il-Gvern jibqa mpenjat li jkompli jaħdem lejn aktar stabilita u ċertezza.

Sport