TBWA\ ingħatat it-titlu prestiġjuż tal-Aġenzija Globali tas-Sena 2021 minn Adweek.
Fost l-oħrajn ġiet rikonoxxuta tal-ħidma tagħha wara sena kummerċjali eċċezzjonalment b’saħħitha f’ħafna swieq globali. Adweek innota d-diversi xogħlijiet li għamlet għall-klijent fosthom ta’ Apple, Nissan u PepsiCo.
TBWA\ANG hija aġenzija tal-komunikazzjoni magħrufa għall-kampanji ta’ reklamar li taqdi klijenti ġewwa Malta.
TBWA\ANG ilha mwaqqfa għal aktar minn 50 sena u hija dik l-aġenzija ewlenija Maltija li toffri servizz komprensiv li jirrappreżenta klijenti bħal McDonald’s, Bank of Valletta u l-Brown’s Pharmacy fost ħafna oħrajn.
Filwaqt li rrikonoxxa li TBWA\Worldwide ntagħżlet b’mod unanimu bħala l-Aġenzija Globali tas-Sena 2021, Editur Internazzjonali ta’ Adweek, David Griner, irrikonoxxa l-fatt li dan seħħ f’waħda mill-aktar snin kompetittivi li qatt ra l-kumitat ta’ Adweek filwaqt li żied jgħid li kienu tassew impressjonati bix-xogħol li twettaq din l-aġenzija u l-kreattività tagħha.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ TBWA\Worldwide Troy Ruhanen qal li jinsab onorat li ġew mogħtija dan it-titlu tant prestiġjuż u dan huwa wkoll xhieda ta’ aktar minn 10,000 moħħ kreattiv li ħadmu biex għamlu dan ir-rikonoxximent realtà. Huwa qal ukoll li jinsab tassew grat li l-klijenti juru fiduċja fihom, li mingħajr l-appoġġ tagħhom xejn minn dan ma seta’ jkun possibbli.
L-aħħar darba li Adweek għażlet lil TBWA bħala l-Aġenzija Globali tas-Sena tagħha kien fl-2018.
Desiree Zerafa, direttur maniġerjali ta’ TBWA\ANG qalet li dan ir-rikonoxximent globali huwa xhieda inkredibbli ta’ ħidma kollettiva. Hija qalet li tinsab kburija bit-tim ta’ TBWA\ANG, li grazzi għax-xogħol fenomenali tiegħu kkontribwixxa biex jingħataw dan il-premju prestiġjuż.