Iċ-ċiklist Olandiż, Wout Poels (Team Bahrain Victorious) rebaħ l-15-il stadju tat-Tour de France li kien bejn Les Gets u Saint-Gervais-les-Bains, fuq distanza ta’ 179 kilometru.
Din kienet l-ewwel rebħa tal-karriera tiegħu f’dan it-Tour meta rreġistra ħin ta’ 4:40:45 hekk kif daħal komdu quddiem il-Belġjan Wout van Aert (Team Jumbo–Visma).
Id-Daniż Jonas Vingegaard (Team Jumbo–Visma) għadu qed jillidja l-klassifika meta għandu ħin ta’ 64:34:17 … b’vantaġġ ta’ 10 sekondi fuq is-Sloven Tadej Pocagar (UAE Team Emirates).
Illum hija ġurnata ta’ mistrieħ.