Wednesday, November 27, 2024

Team Chiara jirbaħ l-ewwel avveniment SB20 tal-istaġun 2023

Aqra wkoll

Il-Klassi SB20, dgħajsa mgħarufa bħala One Design Class, rat l-ewwel azzjoni għas-sena 2023, meta l-flotta kienet parti mill-Kampjonati Nazzjonali tal-Ibburdjar tal- 2022 li saru dan l-aħħar u ospitati mir-Royal Malta Yacht Club. Il-Kampjonati kienu ġew posposti fl-2022 minħabba temp ħażin. 

Il-ġurnata bdiet fuq nota kalma, iżda hekk kif il-flotta tbiegħdet mil port il-Kbir ir-riħ laħaq buffuri sa 20 mil nawtiku fis-siegħa. B’ftit ħin qabel ma bdiet l-ewwel tiġrija, l-ekwipaġġi setgħu jippreparaw għal nofstanhar ta’ tbaħħir intensiv.

It-tiġrijiet SB20 bħalissa jinvolvu madwar tmien timijiet. Il-flotta SB20 kienet soddisfatta bil-parteċipazzjoni tagħha fil-Kampjonati Nazzjonali minħabba l-kompetizzjoni li kien hemm u li għamlet bidla eċċitanti għall-ekwipaġġi ta’ din il-flotta.

Team Chiara, ta’ Steve Carter, u t-tim tal-Malta Young Sailors/Grand Harbour Marina ta’ Greg Mifsud iddominaw il-kompetizzjoni, b’navigazzjoni esperta baħar b’imbatt ta’ bejn 2 u 3 metri. Il-kundizzjonijiet ippermettew tlielaq eċċitanti partikolarment minħabba r-riħ  laħaq veloċitajiet li qabżu l-14-il-mil nawtiku fis-siegħa. 

Wara nofsinhar, il-kundizzjonijiet saru aktar diffiċli, u fl-aħħar tiġrija, kemm Young Sailors kif ukoll Chiara baqaw jissieltu għal-ewwel post. 

Minkejja l-fatt li t-timijiet kollha temmew it-tiġrijiet,  xi dgħajjes ġarrbu xi ħsarat żgħar, b’riżultat ta’ dan, ittieħdet id-deċiżjoni li tlielaq jieqfu għall-ġurnata.

L-Assoċjazzjoni u t-timijiet tal-SB20 irringrazzjaw formalment lir-Royal Malta Yacht Club, lill-voluntiera  tal-istedina biex ikkompetew fil-Kampjonati Nazzjonali. 

L-Assoċjazzjoni rringrazzjat lill-uffiċjali li qattgħu l-ġurnata f’kundizzjonijiet diffiċli sabiex jittellgħu t-tiġrijiet eċċitanti. L-Assoċjazzjoni kkonkludiet billi esprimiet i l-gratitudni tagħha lill-Grand Harbour Marina għall-appoġġ kontinwu tagħhom.

Il-flotta SB20 se tkun fl-azzjoni għal darb’oħra fi tmiem il-ġimgħa bejn il-4 u 5 ta’ Marzu, meta se jsiru avvenimenti waqt tlielaw madwar il-kosta u  fil-port. 

Riżultat Finali:

1 – Team Chiara (Steve Carter, Andrea Vella, Daniel Fenech)

2 – Malta Young Sailors Club – (Greg Mifsud, Emilie Gregory, Patrice Pace)

3 – Careful Now (Guy Baranyay, Greg Szabo, Florin Chitic)

Sport