Team lokali bl-isem ta’ Double Trouble kompost minn żewġ nisa Rachelle Cutajar u Jessica Camilleri rnexxielhom jiksbu t-tielet post f’kompetizzjoni internazzjonali tal-functional fitness f’Bari, l-Italja, bl-isem ta’ Southern Warriors.
Dan kien avveniment li għalih ikkwalifikaw xhur ilu. Iż-żewġ atleti tal-PIT kellhom prestazzjoni mill-aqwa u ġew ittestjati fuq sitt avvenimenti, li minnhom irnexxielhom jiksbu l-ewwel post fi tnejn minnhom.
Huma ġew ittestjati fuq diversi elementi fosthom għawm u ġiri, weightlifting Olimpiku u ġinnastika.