Sunday, November 24, 2024

Team Malta fl-Azzjoni: Kai Azzopardi jispiċċa fir-4 post fid-Debutt tiegħu fil-Logħob taż-Żgħażagħ tal-Commonwealth

Aqra wkoll

Fi Trinidad & Tobago l-ewwel atleti Maltin fl-azzjoni fil-Commonwealth Youth Games. Arja ta’sodisfazzjoni fi ħdan il-kontinġent Malti immexxi minn Maria Vella Galea, Chef de Mission għal Kumitat Olimpiku Malti.

Fil-Buccoo Beach Facility fost 25 triatleta fil-kategorija tal-irġiel fl-azzjoni Kai Azzopardi u Ryan Muscat. Wirja mill-aqwa minn Kai Azzopardi li kien pass il bogħod mill-podju meta temm fir-raba’ posizzjoni fi 30 minuta 53 sekonda. Il-finali intrebħet minn Luke Holmes ta’ Jersey f’29 minuta 47 sekonda qabel Alex Robin tal-Iskozja u Jack Latham tal-Awstralja. Ryan Muscat temm fis-17 il-posizzjoni fi 33 minuta 29 sekonda.

Il-prestazzjoni ta’ Kai Azzopardi ratu pass ‘il bogħod mill-podju, meta kien mgħelub minn Jack Latham tal-Awstralja. Azzopardi temm it-tellieqa fir-raba’ pożizzjoni fi 30 minuta 53 sekonda. Azzopardi, li ħareġ mill-ilma fl-10 post,  izda mexa l-quddiem fit-taqsima tar-rota biex daħal fit-tranżizzjoni fir-raba’ post. Fil-ġirja, Azzopardi deher qrib li jikseb it-tielet post iżda Latham għaddiħ fl-aħħar metri.

Ryan Muscat spiċċa fis-17-il pożizzjoni. Muscat tela’ fit-tlettax-il post fit-taqsima tar-rota, wara li spiċċa l-għawma fit-18-il post iżda niżel fis-17-il post meta spiċċa f’ħin ta’ 33:29.

Aktar kmieni filgħodu, Keira Attard ipproduċiet ukoll riżultat tajjeb għal Malta meta spiċċat fil-11-il post fost 21 atleta. Attard ħareġt mill-ilma fis-16-il post  iżda bil-mod mxiet fuq biex spiċċat it-taqsima tar-rota fit-13-il post u sussegwentement telat’ żewġ postijiet biex spiċċat fil-11-il post. Attard temmet it-tellieqa f’36 minuta 18-il sekonda. Il-kompetizzjoni intrebħet minn Aspen Anderson tal-Awstralja fi 32 minuta 53 sekonda qabel Jessica Heep tal-Iskozja u Maja Brinkmann tan-Namibja.

Il-kontinġent tal-Kumitat Olimpiku Malti hu mgħamul minn Maria Vella-Galea, Kai Azzopardi, Keira Attard, Ryan Muscat u Warren Muscat bħala uffiċjal tekniku.

Sport