Il-klabb lokali Malti tal-Kickboxing, Team Wu Shu Ky għal darb’oħra ġie mistieden biex jipparteċipa fil-European Kickboxing Championship li sar fil-belt ta’ Bellaria, fl-Italja. Wu Shu Ky kickboxing Club (Malta) huwa affiljat mal-Federazzjoni Internazjonli W.M.A.C li llum il-ġurnata, hija waħda mill-akbar organizzazzjonijiet promimenti fil-qasam tal-Arti Marzjali.
Din is-sena, it-Tim Malti kellu kontinġent tajjeb ta’ tmien atleti fejn ikkompetew f’madwar 20 fight kemm fil-light contact u anke fil-Full contact. Kienu preżenti ż-żewġ kowċis Alan Borg u Wayne Camilleri flimkien mal-uffiċjal Oswald Grech u t-tabiba Dr Nicole Meli.
Wieħed ma jistax ma jsemmix il-wirja spettakolari ta’ Isaac Abela, li pparteċipa f’ħames fighting bouts, fosthom kontra r-Russu Igor Vosneniski, tela’ fis-semi- finali kontra fighter Bulgaru Denislav, esperjenzat u b’saħħtu di natura. Sfortunatament tilef il-Finali bil-punti kontra l-Franċiż, Fauka Boko.
Teknika, kordinazzjoni u kombinazzjonijiet ma waqfux.
Pauline Attard, proprju fl-ewwel esperjenza tagħha f’dawn il-kampjonati, irnexxielha titla’ fil-Finalu u tirbaħ kontra atleta minn Wales.
Jake Simpson ikkompeta kemm fil-full contact kickboxing fir-ring u anke f’ diviżjoni oħra tal-K1 li saret fil-gaġġa. Għalkemm ma rebaħx peró lkoll kemm aħna ħriġna kburin, bix-xow u l-wirja li ta fejn baqa’ sal-aħħar sekonda.
Kemm Ella Zarb, Brayden Camilleri u Silvio Zahra marru tajjeb u taw il-full performance tagħhom, meta nieħdu in konsiderazzjoni, li din kienet proprju l-ewwel esperjenza tagħahom ta’ ‘sparring competition’ barra minn xtutna.
L-aħwa Matias u Mikeal Sammut taw xow ta’ teknika b’dedikazjoni kbira fejn iżda sfortunatament wara l-ewwel rebħa Matias ma setax ikompli fil-kwarti tal-finali minħabba injury fl-għaksa.
Il-Federazzjoni mmexxija mill-president Awstrijakk Harold Folladori, fost mijiet ta’ atleti, irrikonoxxa lil Isaac Abela bħala “fair play & respect athlete” li bħala Team Malta għamilna kburin. B’hekk nibqgħu nuru li l-kickboxing mhuwiex xi jungle sports peró dixxiplina sportiva li turi rispett lejn l-avversarji kemm jekk titlef kif ukoll jekk tirbaħ.
Alan Borg xtaq jieħu l-okkażjoni li jirringrazzja lill-kowċ Wayne Camilleri fejn bl- esperjenza u l-għajnuna tiegħu, it-tim Malti kien kburi bir-riżultati li kiseb.
Alan kompla billi rringrazzja bis-sħiħ lil SportMalta għal darb’oħra, fejn kull darba li jitilgħu jirrapreżentaw lil pajjiżna fejn din is-sena pparteċipaw ġewwa l-pajjiż Ażjatiku ta’ Sri Lanka f’Marzu u proprju f’Mejju ġewwa l-Italja, tkun ta’ għajnuna kemm finanzjarjament u anke permezz tal-isport leave li tagħti lill-atleti Maltin.
Borg kompla li huma japprezzaw ix-xogħol u d-dedikazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema favur l-isport lokali kif ukoll l-enititá l-ġdida, l-AIMS. Ilkoll flimkien l-isport jimxi ‘l quddiem u jkun hemm aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Maltin.
Grazzi bil-quddiem tal-istedina ġewwa Kastilja fejn il-Prim Ministru Dr Robert Abela, ħa jirrikonoxxi s-suċċess tat-Tim Malti li kiseb barra minn xtutna.