Wednesday, June 11, 2025

Team Wu Shu Ky Kickboxing Club jiltaqa’ mal-Prim Ministru f’Kastilja

Aqra wkoll

Team Wu Shu Ky Kickboxing Club li jinsab ġewwa l-Mosta u li ilu mwaqqaf għal madwar 35 sena miIl-fundatur, Master Silvio Camilleri – bniedem tar-rispett, intergru u b’dedikazzjoni kbira fil-qasam tal-kickboxing f’Malta. Is-sena d-dieħla il- Klabb se jagħlaq għaxar snin minn mindu l-Coach Alan Borg ħa t-trasferiment mingħand Master Silvio. Nistgħu ngħidu li l-Klabb baqa’ miexi fuq il-passi tal- preċedent, fejn l-importanza tal-isport, hi iktar importanti minn kemm se jdawwar flus il-klabb. Meta l-isport ikun il-passatemp tiegħek, tagħmlu minn qalbek, is- sodisfazzjon u r-rispett li tara mill-istudenti, m’hemmx prezz għalih! 

F’dawn l-aħħar snin Team Wu Shu Ky ifforma kumitat fejn kontinwament jiġi diskuss dwar it-tiġdid fis-sillabu, f’liema avvenimenti se nibgħatu lill-istudenti tagħna speċjalment ta’ barra minn xtutna apparti l-avvenimenti soċjali li jsiru matul is-sena fejn l-istudenti, jiltaqgħu, jintegraw u jsiru jafu iktar lil xulxin. Il- komunikazzjoni hija ħaġa integrali u tgħin mentalment. 

Dis-sena il-Klabb tela’ ġewwa l-Italja fil-belt ta’ Bellaria, limiti ta’ Rimini fejn ikkompeta fil-Kampjonati Ewropej, għamel suċċess kemm għall-klabb, sodisfazzjon għall-instructors fejn hawnhekk irrid nieħu spunt u nirringrazzjahom kollha tal-ħabel wieħed li jiġbdu b’risq il-Klabb, u iktar għal isem pajjiżna.

Madwar 1,200 atleta mill-pajjiżi Ewropej ipparteċipaw f’dan l-avveniment. Grazzi kbira lill-Prim Ministru Robert Abela li stedinna ġewwa Kastilja fejn irrikonoxxa s- suċċess tal-atleti Maltin u awguralhom kull suċċess fil-karriera tagħhom kemm sportiva u dik tal-futur fil-ħajja personali. Il-Kowċ Alan Borg irringrazzja wkoll lill- Ministru tal-Isport, l-Onor. Clifton Grima li kien preżenti fl-istedina tal-Prim Ministru. Tapprezza u tieħu pjaċir tara l-interess tal-Ministru imsemmi, jitkellem mal-atleti u jinteressa ruħu dwar id-dixxiplina tal-Arti Marzjali.

Għalkemm qegħdin fl-eqqel tas-sajf u s-sħana diġá bdiet tinħass, xorta waħda l- klabb għadu għaddej bit-taħriġ, kemm outdoors u anke fil-premises ġewwa l- Mosta. Bdew il-preparamenti biex nerġgħu ntellgħu l-istudenti tagħna jikkompetu ġewwa Bregenz l-Awstrija f’Novembru li ġej.

Kull min hu inreressat li jipprattika l-kickboxing kemm bħala fitness training u anke fuq livell ta’ kompetizjoni, faċilment jista’ jidħol fil-paġna ta’ facebook tagħna Wu Shu Ky kickboxing Malta fejn jista’ jikseb aktar informazjoni. L-obeżitá f’ pajjiżna refgħet rasha sfortunatament  u importanti li nħeġġu ż-żgħażagħ Maltin jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju fiżiku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport