Friday, January 16, 2026

Teddy Teuma jirritorna l-Belġju ma’ Standard Liege

Aqra wkoll

Sentejn u nofs wara li telaq lil Union Saint-Gilloise, il-player tat-tim nazzjonali Malti, Teddy Teuma se jirritorna jilgħab il-Belġju. Għalkemm kien taħt kuntratt ma’ Stade de Reims sal-2027, il-midfielder offensiv ta’ 32 sena finalment temm il-kollaborazzjoni tiegħu mal-klabb bi ftehim reċiproku.

L-eks plejer ta’ Union Saint-Gilloise (2019-2023) se jingħaqad ma’ Standard Liège, fejn iffirma għas-sitt xhur li ġejjin, kif ħabbar il-klabb dan il-ġimgħa.

Dan l-istaġun, huwa skorja erba’ gowls u pprovda ħames assists f’16-il partita tal-Ligue 2.

Huwa lagħab żewġ staġuni u nofs eżattament 69 partita ma’ Reims.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport