Sunday, November 24, 2024

“Tel Aviv mhux parti mill-Palestina”

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv tar-Ryanair fl-aħħar sigħat għamel apoloġija wara li membru tal-ekwipaġġ qalet li Tel Aviv tinsab fil-Palestina. Hija qalet hekk waqt titjira li Ryanair kienet qed topera lejn il-belt Iżraelita.

Jidher li minħabba dan “l-iżball” abbort l-ajruplan qamet konfużjoni fejn Iżrealiti bejn jgħidu li dan mhux kliem li tgħidu hekk kif Tel Aviv mhux veru tinsab fil-Palestina.

Eddie Wilson il-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru kiteb lill-Ambaxxaur Iżrealit fl-Irlanda fejn talbu skuża u saħaq li pajjiżu hu sieħeb importanti mar-Ryanair.

It-titjira li spiċċat f’nofs kontroversja kienet telqet mill-belt Taljana ta’ Bologna lejn Tel Aviv fl-10 ta’ Ġunju. Kien membru tal-ekwipaġġ ġdid li ħa dan l-iżball. Hu qal li t-titjira kienet dalwaqt se tinżel fil-Palestinja. Kien f’dan il-mument li l-passiġġieri bdew jikkummentaw li dan mhux kliem li tgħid.

Sport