Friday, December 27, 2024

Telfa kbira għall-Maltin kontra l-Ġermanja

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo fetaħ l-impenji tiegħu fis-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja tat-Tieni Diviżjoni b’telfa ta’ 15-5 kontra l-ospiti il-Ġermanja f’Berlin.

It-tim nazzjonali, taħt it-tmexxija ta’ Niki Lanzon, fin-nuqqas ta’ Milan Cirovic, sab għadma iebsa kontra l-Ġermaniżi.

Iżda l-Maltin xorta rnexxielhom iżomm il-pass mal-avversarji tagħhom fl-ewwel żewġ sessjonijiet tal-partita.

Fil-fatt, wara li tilfu l-ewwel sessjoni 5-2, il-Maltin irnexxielhom iżommu l-pass mal-avversarji tagħhom fiż-żewġ sessjonijiet ta’ wara, għalkemm tilfuhom bl-iskor ta’ 3-2 u 2-1.

Fl-aħħar sessjoni, il-Ġermaniżi ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom, rebħu l-aħħar sessjoni 5-0 biex temmew b’rebħa kbira hekk kif il-Maltin issa tefgħu l-attenzjoni tagħhom fuq it-tieni partita kontra ċ-Ċina.

Nikolai Zammit kien l-iskorer ewlieni ta’ Malta b’hat-trick bil-gowls l-oħra għall-Maltin, jaslu minn Sam Gialanze u Liam Galea.

Malta: Jake Tanti, Mark Castillo, Liam Galea 1, Nicholas Bugelli, Sam Gialanze, Benjamin Cachia, Ben Plumpton, Jordan Camilleri, Jeremy Abela, Nikolai Zammit, Alec Fenech, Dino Zammit, Matthew Castillo.

Ekonomija

Sport