Kendra għandha 9 snin – tifla b’qalb kbira u spirtu qawwi!
Meta kellha biss 2 sentejn, Kendra kellha tieħu trattament għal retinoblastoma. Għaddiet minn esperjenza diffiċli ħafna.
Telgħet 11-il darba l-Ingilterra għal trattament fl-isptarijiet fiċ-ċentru ta’ Londra. Matul dawn il-mumenti iebsin, Kendra u l-familja tagħha sabu sapport u mħabba mingħand Puttinu.
Hija miexja ‘l quddiem u tilgħab bħala defender mat-tim ta’ Santa Venera, b’qalba mimlija ħolm u determinazzjoni