Friday, February 20, 2026

Telqet mid-dar ta’ 18-il sena…jaħseb li dan sar għax kienet mhedda mis-sieħeb tagħha

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Missier l-omm xehed li waqt it-tqala, is-sieħeb kien mar flimkien ma’ zijuh biex jilletikaw miegħu f’daru. Meta t-tifla tiegħu għalqet it-tmintax-il sena, telqet mid-dar ta’ missierha u qal li jaħseb li dan sar  minħabba li kienet tiġi mhedda mis-sieħeb tagħha li ser joħdilha lit-tarbija. Wara xi żmien kienu rranġaw id-differenzi ta’ bejniethom u kienu jmorru għandhom iżda waqt dan il-ħin, il-missier kien jgħidlu li sejjer ikellem ħabib tiegħu. Wara l-omm skopriet li kien qed imur jiltaqa’ ma’ mara oħra. Kienet ikkonfrontatu u hu kien sawwatha. Kienet ċemplet lil missierha biex imur għaliha u hi u t-tifel marru joqogħdu għandu. 

It-tifel kien jintefa’ mal-art biex jitbenġel

Xehed li l-missier ikkundizzjona lit-tifel billi jirridikolaha quddiem sħabu u saħansitra ġabu li ma jkunx irid joħroġ m’ommu. Anke lill-omm baqa’ jsegwiha anke meta ma jkunx ħin tal-aċċess. 

Kien hemm okkażjoni fejn wassal lit-tifel u tefgħalu l-basket f’nofs ta’ triq; it-tifel wasal id-dar jibki li missieru ma ħallihx jigbor il-basket. It-tifel kien għamel żmien jibki li ma jridx jitla’ l-iskola man-nanna materna u wara ftit taż-żmien saru jafu li kien ikun hemm in-nanna paterna mistoħbija tiġbed il-filmati. 

Sabu ħafna vendikazzjonijiet mal-bieb ta’ barra u viti taħt il-vettura tagħhom. Il-missier kien imur jagħmel rapporti lill-Pulizija li x-xhud ikun ipparkjat quddiem il-garaxx tiegħu u jmur mal-Pulizija biex jarah jagħti ċitazzjoni lix-xhud. Jgħid li t-tifel ġieli qalilhom li jintefa’ mal-art biex jitbenġel apposta jew idum rieqed filghodu biex itellef ix-xogħol lill-ommu. 

Jgħid li minħabba l-inċidenti u l-vendikazzjonijiet tal-missier, hu kellu jwaħħal sistema ta’ CCTV mar-residenza. Meta kien hemm inċident li s-sieħeb pprova jsuq għal fuq l-omm, dan inqabad bil-filmat. 

L-omm maternă xehdet li s-sieħeb kien ġej u sejjer bil-minuri l-Għassa tal-Pulizija. Tgħid li meta l-partijiet kellhom xi jgħidu fi tmiem l-aċċess, is-sieħeb saq għal fuq l-omm u setgħa korriha. Tgħid li l-minuri qiegħed jgħix f’tensjoni, u aktar minn darba kien waqt lezzjoni u l-missier mar u qabad u ħarġu quddiem kulħadd. Kien it-tifel stess li kixef li l-familja paterna qed jgħidulu li l-familja materna trid titfgħu ġo istitut u minħabba f’hekk it-tifel jagħmel ħafna nervi mal-familja materna, meta dan mhux minnu. Qalet li meta l-minuri jkun waqt l-aċċess, ma jħalluhx ikellem lill-ommu. Kien għamel ħabta wara li jwassal lit-tifel mill-aċċess, jitfa’ l-viti fl-art biex jagħmel il-ħsara fil-vetturi tal-familja tal-omm. Tgħid li darba kienet qed twassal lit-tifel kmieni l-iskola u nnutat persuna jsegwiha u jistaħba wara s-siħar. Wara li t-tifel daħal, marret tittawwal u tara lil dan il-persuna jitkellem ma’ omm il-missier. Meta rawha telgħu fil-vettura tal-missier u saqu. 

Ara wkoll: Pika sfrenata bejn omm u missier… ħsara kbira fuq binhom li spiċċa b’rabja kbira u ansjetà lejn ommu

Ara wkoll: Kienu jsegwuha waqt li tiġbru mill-iskola u anke meta tmur tixtri

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport