Saturday, November 23, 2024

“Telqu tnejn tnejn bla ma ħallsu xejn”

Sidien ta' ristorant fis-Siġġiewi jallegaw li grupp ta' Franċiżi kielu u telqu bla ma ħallsuhom

Aqra wkoll

Wieħed mis-suġġetti li trattajna s-sena li għaddiet kien kemm f’pajjiżna qegħdin jiġu turisti ta’ kwalità. Filwaqt li l-gvern kemm-il darba saħaq li se jaħdem biex ikun hawn bilanċ bejn il-kwalità u l-kwantità, sidien ta’ ristoranti li tkellmu magħna esprimew it-tħassib tagħhom. Kellna eżempju fejn persuni jaqsmu platt bejn tlieta jew jieklu u ma jixorbux imqar flixkun ilma f’xemx taqli l-ankri.

Fl-aktar każ riċenti s-sidien ta’ Marilù’s fis-Siġġiewi esprimew id-diżappunt tagħhom li grupp ta’ barranin allegatament kielu u telqu bla ma ħallsu f’dik li huma ddeskrivew bħala daqqa ta’ ħarta għal negozju mmexxi mill-familja bħalma huwa tagħhom.

Skont is-sidien, dawn il-grupp ta’ turisti li jitkellmu bil-Franċiż marru jieklu u wara baqgħu għat-te filwaqt li meta ġew biex jitilqu għamlu dan tnejn tnejn waqt li l-bqija tal-istaff kien qiegħed jagħmel xi ħaġa oħra. 

“Jista’ jkun li diġà telqu l-ajruport, iżda jekk le ħudu ħsieb”, komplew is-sidien filwaqt li kkonfermaw li kienu daħħlu rapport anke jekk ammettew li se tkun diffiċli minħabba li huma barranin.

Sport