Friday, November 22, 2024

Temp mill-iktar “sajfi” għall-aħħar tal-2022 u għall-bidu tal-2023

Aqra wkoll

Kollox qiegħed jindika li se nagħlqu s-sena 2022 b’temp “sajfi” u niftħu l-ewwel jum tas-sena l-ġdida bl-istess mod.

Dan hekk kif f’dawn il-jumejn li ġejjin, għall-kuntrarju tan-norma li wieħed jistenna f’dawn iż-żminijiet xitwin, mhux imbassar li se jkun hemm ħalbiet tax-xita. Barra minn hekk, matul dan ix-xahar esperjenzajna bosta ġranet xemxin b’nuqqas kbir ta’ maltemp meta mqabbel ma’ snin oħra.

Intant, skont rekords metereoloġiċi nazzjonali, Diċembru tal-2022 huwa l-iktar wieħed xott.

Għada l-ogħla temperatura se tkun dik ta’ 18°C filwaqt li l-inqas se tkun 12°C; il-Ħadd temperatura ta’ 17°C filwaqt li l-inqas se tkun 13°C.

Il-maltemp mistenni jibda wara l-5 ta’ Jannar, hekk kif qed ikun imbassar li l-Ewropa se tintlaqat minn maltemp min-naħa ta’ fuq.

Sport