Il-Gżejjer Maltin huma magħrufa sew għat-temp xemxi tant li bosta turisti jagħżlu l-gżejjer tagħna primarjament għal din ir-raġuni.

Għal dawk li jħobbu x-xitwa jkunu qed jistennew bi ħġarhom li joqrob żmien il-Milied hekk kif normalment ix-xahar ta’ Diċembru jġib miegħu temp xitwi bi ġranet kisħin flimkien ma’ xi maltempati.

Fattur interessanti għal din is-sena huwa li minkejja illi fadal biss ftit jiem sabiex tibda x-xitwa, illum huwa mistenni li jkun l-iktar jum sħun li qatt kellna f’dawn l-aħħar 60 sena għax-xahar ta’ Diċembru. Intant il-lejl li għadda huwa stmat li kien l-iktar wieħed sħun mix-xahar ta’ Diċembru b’temperatura minima ta’ 19.5°C.