Pajjiżna se jkun qiegħed jesperjenza temperatura taħt il-medja staġjonali sal-festa ta’ San Lawrenz li tiġi ċċelebbrata fl-10 ta’ Awwissu. U dan kollu qiegħed iseħħ meta ninsabu fl-eqqel tas-Sajf.
Is-sit Temp Madwarna jirraporta li t-emperatura massima tal-bieraħ it-Tnejn kienet 28.4°C, jew 11.7°C inqas mill-Ġimgħa li għaddiet.
Illum, it-Tlieta 29/7 mistennija temperatura massima simili, li jiġu 4°C taħt in-normal għal dan iż-żmien tas-sena!
L-aħħar darba li t-temperatura massima ma laħqitx almenu 30°C kien fl-20 ta’ Ġunju 2025. Dakinhar niżlet anke xi xita f’xi nħawi lokalizzati, filwaqt li l-aħħar darba li kellna temperaturi daqshekk friski kien fl-4 ta’ Ġunju.