It-tennista Spanjol Carlos Alcaraz għadda għas-semifinali tat-turnew Indian Wells wara li għeleb lil Felix-Auger Aliassime 6-4, 6-4 f’logħba ferm pożittiva li kellu.
Il-plejer numru 2 tad-dinja kellu l-ewwel rebħa fuq il-Kanadiż f’erba’ logħbiet u dan kollu ġab arja ta’ sodisfazzjon fl-istess plejer Spanjol.
Alcaraz issa se jilgħab kontra s-seed numru 11 Jannik Sinner fis-semifinali.
Carlos Alcaraz għandu 19-il sena u bil-mod il-mod qed jistabilixxi ruħu mal-aqwa plejers tad-dinja.