In-numru tlieta tad-dinja, Alexander Zverev, tkeċċa mill-Mexican Open wara “kondotta mhux sportiva” wara li attakka s-siġġu tal-umpire fi tmiem partita tad-doubles f’Acapulco.
Il-Ġermaniż Zverev argumenta mal-umpire waqt it-tie-break deċiżiv hekk kif hu u Marcelo Melo tilfu 6-2 4-6 10-6 kontra Lloyd Glasspool u Harri Heliovaara. Zverev ta fuq is-siġġu tal-umpire bosta drabi bir-rakketta tiegħu. Aktar tard huwa skuża ruħu u sejjaħ l-imġieba tiegħu bħala “inaċċettabbli”. Huwa kien iċ-champion renjanti fl-avveniment tas-singles.
“Minħabba kondotta mhux sportiva fil-konklużjoni tal-partita tad-doubles tiegħu nhar it-Tlieta filgħaxija, Alexander Zverev ġie rtirat mit-tournament f’Acapulco,” qalet stqarrija tal-ATP.
L-avversarju tiegħu Peter Gojowczyk ingħata walkover fit-tielet round.
Zverev kiteb fuq Instagram li kien “skuża ruħu privatament” lill-umpire Alessandro Germani u qal li kien “diżappuntat bija nnifsi”.
Glasspool tal-Britannja u Heliovaara tal- Finlandja mbagħad għalqu l-partita b’ass fil-punt li jmiss.
Zverev laqat is-siġġu bir-rakketta tiegħu tliet darbiet u f’ħin minnhom wasal viċin li jolqot sieq ir-referee.
Fil-ġurnata ta’ qabel Zverev rebaħ lill- Amerikan, Jensen Brooksby 3-6 7-6 (12-10) 6-2 bil-partita tispiċċa fl-4.55 am ħin lokali f’Acapulco li damet tliet sigħat u 20 minuta wara li bdiet fis-1.35 am iżda kienet minuta inqas mill-itwal logħba fl-istorja ta’ dan l-Open.