Sunday, December 29, 2024

Tennis: Andy Murray se jirtira?

Aqra wkoll

It-tennista Britanniku, Andy Murray, stqarr li jista’ jieqaf jilgħab fi tmiem il-karriera tiegħu aktar milli jħabbar l-irtirar tiegħu … biex jevita kull ‘pressjoni’ ta’ dikjarazzjoni pubblika dwar il-futur tiegħu.

Il-player ta’ 35 sena mhux mistenni li jirtira b’mod immedjat iżda wara li tilef kontra n-numru wieħed Ingliż, Cam Norrie 6-3 3-6 4-6, fit-tournament ta’ Cincinnati, huwa qed jikkunsidra li jirtira. 

Huwa rebaħ l-ewwel set b’mod komdu ħafna iżda mbagħad inħakem minn bugħawwieġ għal ħafna ħin biex eventwalment kellu jċedi l-isfida tiegħu. 

Huwa qal li meta irkupra minn injury fit-tul dan l-aħħar, huwa sostna li ried itemm il-karriera tiegħu fir-Renju Unit. Iżda issa hija ħaġa ċara li Murray ma jistax ikompli jilgħab b’mod konsistenti u għaldaqstant qed jemmen li ż-żmien tiegħu wasal ma jibqa’ jilgħab. 

Ekonomija

Sport