Sunday, November 24, 2024

Tennis: Barbora Krejcikova tirbaħ l-Open ta’ Wimbledon għall-ewwel darba

Aqra wkoll

Barbora Krejcikova rreżistiet l-attakk aħħari tat-Taljana, Jasmine Paolini, f’finali mill-isbaħ f’Wimbledon biex kisbet it-tieni Grand Slam tal-karriera tagħha.

Il-31 seed imxiet fuq il-passi taċ-champion tal-2023 Marketa Vondrousova biex dan kien it-tieni suċċess konsekuttiv minn tennisti Ċeki.

Krejcikova, rebbieħa tal-Open ta’ Franza fl-2021,  għolliet idejha hekk kif issiġillat rebħa ta’ 6-2 2-6 6-4 fit-tielet punt tagħha fil-kampjonat.

B’din ir-rebħa hija

Bir-rebħa, Krejcikova laħqet ir-rekord tal-mibkija ħabiba u coach tagħha, Jana Novotna.

Iċ-champion ta’ Wimbledon tal-1998 mietet minn kanċer fl-ovarji fl-2017, fl-età ta’ 49 sena.

Sport