It-tennista numru wieħed Ingliż Cameron Norrie beda l-avveniment ATP b’rebħa tajba fil-Paris Masters wara li għeleb lis-Serb Miomir Kecmanovic b’żewġ sets pożittivi ta’ 6-2, 6-4.
norrie li jinsab fit-12-il post fir-ranking dinji, għandu 27 sena u rebaħ id-49 logħba tiegħu matul is-sena 2022.
Fis-semifinali Norrie jista’ jiltaqa’ kontra Corentin Moutet ta’ Franza jew Borna Coric tal-Kroazja.
Wara din il-logħba, Norrie xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu li għenu ferm sabiex wasal għal dawn il-livelli.