It-tennista Spanjol Carlos Alcaraz għadda għat-tielet round tal-Open ta’ Miami meta għeleb lis-seed numru 100 Facundo Bagnis 6-0, 6-2 f’logħba li hu ddomina għal kollox.
Is-seed numru 1 irid jasal għar-rebħ tat-titlu f’Miami sabiex iżomm il-pożizzjoni tiegħu fir-rankings. Hu ħa siegħa u sitt minuti biss kontra t-tennista Arġentin li ftit beda kontra avversarju ferm iktar ikkwotat minnu.
Alcaraz se jkun qed jilgħab kontra Dusan Lajovic jew Maxime Cressy li se jkunu qed jiltaqgħu kontra xulxin illum.